Eżenzjoni minn Ħlas ta' Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Persuna tista’ tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2 (Kontribuzzjonijiet imħallsa minn persuni li jaħdmu għal rashom) minħabba dħul baxx. L-ebda krediti mhu se jingħataw għal perjodu ta' eżenzjoni.

X’ser​ tingħata

Persuna tiġi eżentata milli tħallas Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 2.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

  • Persuna li timpjega lilha nnifisha li, għalkemm taħdem, il-qligħ tagħha ma jkunx iżjed minn disa’ mija u għaxar (€910) ewro fis-sena kalendarja.

Kif tapplika​

Dokumentazzjoni ġenerali:

Dettalji tal-Impjieg:

  • Numru tal-VAT.

  • Qligħ u telf li juru dħul/profitt/telf tas-sena kalendarja preċedenti għall-perjodu ta’ eżenzjoni li qed tapplika għalih.


Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Provvista tas-Servizz

5 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika