Ħarsa ġenerali
Persuni li qed ifittxu l-ażil (AS) u persuni li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet miċħuda (FAS), jingħataw il-possibbiltà li jaħdmu sakemm l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-ażil tiġi pproċessata jew riveduta. Din l-applikazzjoni trid timtela mill-kumpanijja li ser tofrilhom l-impjieg, u ladarba tingħata l-liċenzja ta' impjieg, dawn il-persuni jitħallew jaħdmu.
X’ser tingħata
Liċenzja ta' impjieg li tawtorizza lil persuni li qed ifittxu l-ażil u persuni li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet miċħuda biex jaħdmu.
Eliġibbiltà
Persuni li qed ifittxu l-ażil u persuni li t-talba tagħhom għall-ażil ġiet miċħuda.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u pprintjaha.
Il-formola tal-applikazzjoni, flimkien mal-lista ta' dokumenti mandatorji speċifikati għandha tiġi sottomessa personalment fl-uffiċċji tagħna jew bil-posta:
The Employment Licences Unit
L-Uffiċċju Ewlieni tal-JobsPlus
Ħal Far BBG 3000
Xi wħud mid-dokumenti addizzjonali għandhom ikunu kopji awtentikati tad-dokument oriġinali jew iffirmati oriġinalment.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
Jumejn