Ħarsa ġenerali
Dan l-istandard internazzjonali jipprovdi sett ta’ rekwiżiti għal-organizzazzjonijiet sabiex dawn jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Filwaqt li l-iskop ewlieni ta’ dan l-istandard huwa li jissalvagwardja s-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati, jipprovdi wkoll għodda li tista’ tintuża mill-maniġment sabiex jiġu identifikati riskji għas-saħħa u s-sigurtà u jingħataw opportunitajiet u jitniedu azzjonijiet li jindirizzaw din il-problema. Għaldaqstant, iċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni timplika li l-maniġment f’organizzazzjoni huwa marbut li jipprovdi ambjent sigur fuq il-post tax-xogħol.X’ser tingħata
Jekk l-organizzazzjoni tiegħek timplimenta sistemi ta’ ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà, l-għażla li ssir ċertifikazzjoni tkun ideali sabiex jinkiseb għarfien internazzjonali tal-impenn kontinwu li qed twettaq l-organizzazzjoni bil-għan li jiġi pprovdut ambjent tax-xogħol nadif, tajjeb u sigur. Għaldaqstant, l-organizzazzjoni tiegħek tiġi ppremjata b’ċertifikat bħala prova ta’ dan l-impenn kontinwu.