Ħarsa ġenerali
Tippermetti lid-Dipartiment għas-Saħħa u t-Trattament Xieraq tal-Annimali li joħrog awtorizzazzjoni għad-Distribuzzjoni bl-ingrossa fi prodotti mediċinali veterinarji.
X’ser tingħata
Tirċievi Ċertifikat ta' Awtorizzazzjoni għad-distribuzzjoni bl-Ingrossa ta' Prodotti Mediċinali Veterinarji fi żmien 90 jum mill-applikazzjoni, kemm-il darba l-applikazzjoni u l-ispezzjoni assoċjata magħha tiġi evalwata b'mod pożittiv.
Eliġibbiltà
Distributuri bl-ingrossa prospettivi ta' prodotti mediċinali veterinarji.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Dokumenti meħtieġa:
i) Pjanta tas-sit (1:250).
ii) Curriculum Vitae tal-Persuna Responsabli (Responsible Person).
iii) Proċeduri Standard ta’ Operat (Standard Operating Procedures).
iv) Pjanta tal-binja (1:100).
v) Tqassim propost taż-żoni ta’ ħażna u ta’ tqassim ta’ prodotti.
vi) Kondotta tal-pulizija tal-applikant.
vii) Permess tal-Awtorità tal-Ippjanar għal ħanut.
viii) Liċenzja tal-MFSA (Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta) (jekk l-applikant huwa kumpanija limitata).
ix) Memorandum u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-kumpanija (jekk l-applikant qed jirrappreżenta kumpanija).
x) Prova tal-ħlas tad-dritt applikabbli.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
15 - il jum
Provvista tas-Servizz
Xahrejn