Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju - Benefiċjarji Barranin (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Jekk inti benefiċjarju tas-sigurtà soċjali għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-invalidità, jew pensjoni tar-romol mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ta’ Malta u bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż tista’ tiġġenera ċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju online.

X’ser​ tingħata

Iċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju jipprovdilek informazzjoni dwar it-tip ta’ pensjoni tiegħek u l-ammont tal-pagament tiegħek. Iċ-ċertifikat se jinkludi numru ta’ referenza uniku tad-dokument biex jikkonferma l-awtentiċità tiegħu. Barra minn hekk, tista’ tagħżel li tissejvja ċ-ċertifikat fuq l-apparat tiegħek, tirċievi ċ-ċertifikat tiegħek permezz ta’ email, tipprintja jew tniżżel kopja.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà:

 

  • Trid tkun benefiċjarju tas-sigurtà soċjali għal pensjoni tal-irtirar, pensjoni tal-invalidità jew pensjoni tar-romol u li bħalissa qed tgħix u titħallas barra l-pajjiż. L-informazzjoni tiegħek trid taqbel mar-rekords fis-sistema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali sabiex ikun jista’ jiġi ġġenerat iċ-ċertifikat.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa

 

  • Ipprovdi n-numru tal-pensjoni tiegħek, id-data tat-twelid u t-tip ta’ pensjoni.  

Kif tapplika​

Biex tiġġenera ċ-ċertifikat tar-rata tal-benefiċċju tiegħek, ikklikja hawn.

 

Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa' ma' xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:

 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Ċertifikazzjoni tal-Benefiċċju - Benefiċjarji Barranin’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew

  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.
     

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika