Ħarsa ġenerali
Dawn il-linji gwida jipprovdu qafas għall-individwi li jfittxu determinazzjoni tal-eliġibbiltà għall-għażla pprovduta mir-Regoli S.L dwar ir-Ripatrijazzjoni ta' Persuni stabbiliti f'Żona ta' Eċċellenza, bħala Leġislazzjoni Sussidjarja għall-Att dwar it-Taxxa fuq id-dħul (CAP. 123) tal-Liġijiet ta' Malta.
X’ser tingħata
Individwi eliġibbli jistgħu jagħżlu rata ta' taxxa fuq id-dħul ta' 15% li għandha tapplika mingħajr possibbiltà li jitolbu xi eżenzjoni, tnaqqis, kreditu jew tpaċija ta' kwalunkwe tip.
Eliġibbiltà
Biex ikun eliġibbli, l-Applikant għandu jkun;
- individwu li kien residenti abitwali f'Malta għal mill-inqas għoxrin sena iżda li ma kienx residenti abitwali f'Malta għall-għaxar snin konsekuttivi ta' qabel ir-ritorn tiegħu f'Malta u li għandu kuntratt ta' impjieg kwalifikat li jirriżulta f'ammont minimu ta' dħul taxxabbli minn impjieg ta' mill-inqas €75,000 fis-sena (esklużi benefiċċji sekondarji).
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Dokumenti mehtieġa
Formola tal-applikazzjoni