Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni t’Akkomodazzjoni għall-Pet Sitting

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Din l-applikazzjoni għandha tintuża għar-reġistrazzjoni t' akkomodazzjoni għall-Pet Sitting skont ir-Regolamenti tal-2024 dwar Standards għall-Operat t’Akkomodazzjonijiet għall-Pet Sitting u ta’ Stabbilimenti għall-Pet Boarding għall-klieb u l-qtates.

X’ser​ tingħata

Dan il-proċess iwassal biex negozjant/persuni interessati jirreġistraw l-akkomodazzjonijiet tagħhom.li joperaw bħala pet sitting.

Eliġibbiltà​​

Operaturi ekonomiċi interessati 

Kif tapplika​

Il-formola tal-applikazzjoni tista' timtela u tiġi sottomessa onlajn jew ippreżenta l-applikazzjoni fl-uffiċini tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali fit-Triq Ħal Luqa, Qormi

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Iċċekkjar u Proċċessar tal-Applikazzjoni

20 jum

Provvista tas-Servizz

10 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika