Applikazzjoni għar-Reġistrazzjoni tal-Kennel Clubs

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Din l-applikazzjoni għandha tintuża minn organizzazzjonijiet interessati għar-reġistrazzjoni tal- Kennel Clubs skont ir-Regolamenti tal-2024 dwar Il-Projbizzjoni Tat-Tnissil u ż-Żamma Ta’ Klieb Ta’ Tip Bully Non-Pedigree.

X’ser​ tingħata

Dan il-proċess iwassal biex organizzazzjoni volontratja rreġistrata mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji tiġi rrikonoxxuta u rreġistrata bħala Kennel Club.

Eliġibbiltà​​

Organizazzjoni rreġistrati bħala organizzazzjoni volontarja mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji u li għandha affiljazzjoni ma’ kennel club rikonoxxut internazzjonalment. Dawk l-organizzazzjonijiet rreġistrati mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji li sad-data tal-pubblikazzjoni tar- Regolamenti dwar Il-Projbizzjoni Tat-Tnissil U Ż-Żamma Ta’ Klieb Ta’ Tip Bully Non-Pedigree jiġifieri sa’ 6 t’ Awwissu 2024 li kienu mwaqqfa bl-għan li jistabbilixxu standards, organizazzjoni ta’ kompetizzjonijiet, u li jirreġistraw ċertifikati tal-pedigrees ser jiġu eżentati milli jkunu rikonoxxuti minn kennel club rikonoxxut internazzjonalment.

Kif tapplika​

L-applikazzjoni għandha tiġi sottomessa onlajn.

 

Dokumenti Meħtieġa:

 

  1. Prova ta affiljazzjoni ma’ kennel club rikonoxxut internazzjonalment.*

  2. Prova ta’ reġistrazzjoni mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji u l-għan ta’ twaqqif tal-organizzazzjoni  volontarja  skont  l-Att  dwar  l-Organizzazzjonijiet Volontarji

 

*Eżenzjoni għal dawk l-organizzazzjonijiet rreġistrati mal-Kummissarju għal Organizzazzjonijiet Volontarji li sad-data tal-pubblikazzjoni tar- Regolamenti dwar Il-Projbizzjoni Tat-Tnissil U Ż-Żamma Ta’ Klieb Ta’ Tip Bully Non-Pedigree jiġifieri sa’ 6 t’ Awwissu 2024 li kienu mwaqqfa bl-għan li jistabbilixxu standards, organizazzjoni ta’ kompetizzjonijiet, u li jirreġistraw ċertifikati tal-pedigrees.

Kronoloġija

Sottomissjoni tal-Applikazzjoni

Ġurnata

Iċċekkjar tal-Applikazzjoni

20 jum

Provista tas-Servizz

10 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika