Ħarsa ġenerali
L-Għajnuna Soċjali - Medika tista’ tingħata lil persuna responsabbli tal-familja jekk din ma tistax taħdem minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
X’ser tingħata
L-Għajnuna Soċjali titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.
Din l-Għajnuna Soċjali - Medika tingħata lill-persuna responsabbli tal-familja li tkun qed tbati minn xi kundizzjoni medika li timpediha milli tidħol fid-dinja tax-xogħol u ma tkunx intitolata għal benefiċċju ieħor kontributorju. Din l-għajnuna titħallas lill-persuna responsabbli tal-familja u r-rata ta’ ħlas tkun ibbażata fuq in-numru ta’ persuni li jgħixu fl-istess residenza.
Il-proċess għal Għajnuna Soċjali – Medika jiskatta wara li persuna tapplika għal Għajnuna Soċjali. L-applikazzjoni tiġi evalwata u jekk tissodisfa it-test tal-mezzi, tibda titħallas Għajnuna Soċjali, u tingħata xahrejn (2) ċans sabiex tirrikorri għand it-tabib tal-għażla tagħha u jimlielha l-parti medika tal-applikazzjoni. Wara li l-applikazzjoni tiġi evalwata mill-Bord Mediku, jekk persuna titqies eliġibbli, ir-rata tal-benefiċċju tiżdied b’ħames ewro (€5) fil-ġimgħa għal kull membru addizzjonali tal-familja.
Fil-każ ta’ applikant/a li qed j/tgħix fi proprjetà mikrija, tingħata ewro u sittax-il ċenteżmu (€1.16) fil-ġimgħa bħala allowance tal-kera flimkien mar-rata pagabbli tal-Għajnuna Soċjali.
Kwalunkwe bidla fiċ-ċirkostanza, bħal bidla fl-indirizz, twelid ta’ ulied, bidliet fil-kompożizzjoni tad-dar, deċiżjoni tal-bord mediku, mewt, bidu ta’ impjieg u proċeduri tal-qorti, għandu jiġi infurmat immedjatament id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, peress li din l-informazzjoni tista’ taffettwa r-rata tal-ħlas tal-benefiċċju.
Il-benefiċjarji li għandhom aktar minn tlieta u għoxrin (23) sena u li jidħlu fl-Università jew l-MCAST, ikomplu jirċievu l-istess assistenza sakemm l-istipendju u benefiċċji anċillari oħra riċevuti ma jaqbżux id-differenza bejn l-Għajnuna Soċjali u l-Paga Minima Nazzjonali. Fil-każ li jeċċedi, l-ammont li jaqbeż il-Paga Minima Nazzjonali biss jiġi mnaqqas mill-Għajnuna Soċjali.
Iklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
- L-applikant/a huwa/hija l-persuna responsabbli tal-familja u m’għandux/hiex xogħol bi qligħ.
- L-applikant/a i/trid i/tkun waħdu/waħeda u għandu/ha l-kura u l-kustodja ta’ tfal.
- L-applikant/agħandu/ha jissodisfa t-Test tal-Mezzi Kapitali. Ir-riżorsi kapitali għal persuna waħeda m'għandux jaqbeż sittax-il elf ewro (€16,000).
- Kull dħul li ġej minn Kirjiet, Interessi Bankarji minn Kapital, Stokks u Ishma, Manteniment u kwalunkwe Dħul ieħor , m'għandux jeċċedi r-rata ta’ Għajnuna Soċjali skont il-familja.
Dokumentazzjoni Meħtieġa Kont tad-Dawl u l-Ilma riċenti fejn juri n-numru ta’ membri li jgħixu fid-dar.
Rendikonti riċenti tal-Bank tal-kontijiet kollha lokali u barranin.
Dokumenti relattivi tal-valur ta’ kwalunkwe Stokks / Ishma / Bonds u d-dħul li dieħel minnhom.
Valur tas-suq ta’ kull proprjetà f'Malta u / jew barra, li mhix id-dar ta' residenza.
Kopja tal-irċevuta riċenti jew kuntratt tal-kera jekk id-dar tar-residenza tkun mikrija. Din għandha turi dettalji ta’ min ikun qed jagħmel il-ħlas tal-pagamenti tal-kera. Jew inkella tiġi mimlija id-dokument Anness 2 – Dikjarazzjoni tal-Kera mill-propjetarju tal-post mikri. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
Kopja tal-kuntratt tal-kera jekk tirċievi kera li tkun ġejja minn proprjetajiet oħra.
Dokument ta’ Korroborazzjoni (Anness 3) jekk l-applikant/a j/tkun qed tgħix ma’ terzi persuni. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.
Dokumenti dwar karozzi jew biċċiet tal-baħar fil-pussess.
Dokument legali minn rappreżentant legali tal-ġenitur li qed jagħmel it-talba, fejn irid jissemma l-ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja (de facto) tat-tifel/tifla/tfal, bid-dettalji kollha tal-tifel/tifla/tfal, u jkun ipprovdut ukoll id-data effettiva tal-kura u kustodja. Din id-dikjarazzjoni trid tinkludi ukoll ċertifikazzjoni jekk hux qed jitħallas manteniment lill-istess ġenitur li għandu l-kura u l-kustodja tat-tifel/tifla/tfal.
Dokument fejn juri stipendu riċevut u ittra ta’ ammissjoni, f’każ li l-applikant/a miktub/a f’xi kors tal-Università jew MCAST.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Kronoloġija
Applikazzjoni Sottomessa
5 ijiem
Applikazzjoni qed tiġi Pproċessata
18 - il jum
DSS Ittra Notifika
Ġurnata