Ħarsa ġenerali
Modifika għal, jew Tneħħija ta’, Kundizzjoni Imposta f’Kuntratt ta’ Proprjetà Ttrasferita mill-Gvern, l-Awtorità tal-Artijiet jew l-Entitajiet Ekkleżjastiċi permezz ta’ Bejgħ jew Regolamenti dwar Enfitewsi.
X’ser tingħata
Benefiċjarju jista’ jikseb modifikazzjoni għall- / jew tneħħija ta’ kundizzjoni imposta fuq kuntratt. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Kwalunkwe persuna li għandha titolu ta’ proprjetà permezz ta’ att pubbliku, jew enfitewsi fuq proprjetà li tkun ingħaddiet lill-applikant mill-Gvern ta’ Malta jew l-Awtorità, jew minn entità ekkleżjastika.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
180 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur