Ħarsa ġenerali
Din il-formola hija applikabbli fil-każijiet fejn persuna tixtieq tixtri siti residwali ta’ sjieda tal-gvern, liema siti jiffurmaw parti minn żvilupp akbar. Sit residwali huwa sit li attwalment huwa sjieda tal-gvern u huwa ħdejn sit jew bini li huwa proprjetà tal-applikant u s-sit mhuwiex akbar minn ħamsin metru kwadru (50m2); u jifforma parti minn żvilupp akbar skont l-allinjament uffiċjali, jew restrizzjonijiet oħra li jinsabu fi pjan ta’ żvilupp.
X’ser tingħata
Benefiċjarju jista’ jingħata sit residwali ta’ propjeta’ tal-Gvern li jiffurmaw parti minn żvilupp akbar li ma jeċċedix il-50 metru kwadru skont kriterji stabbiliti fl-avviż legali. Applikazzjonijiet huma soġġetta għall-approvazzjoni.
Eliġibbiltà
Din il-formola tapplika għal persuni li huma sidien ta’ żvilupp akbar u li jridu jixtru s-sit residwali li huwa propjeta’ tal-gvern skont kriterji stabbiliti fl-avviż legali. Dawn is-siti għandhom jinbiegħu direttament lis-sidien attwali tas-sit akbar.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
30 jum
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
180 jum
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 xhur