Ħarsa ġenerali
Din hi l-formula għar-Rimborż ta’ l-iskema Boost Your Coding – inizjattiva maħsuba biex tipprovdi għajnuna finanzjarja lil individwi li qed jagħmlu korsijiet ta’ coding li jaqblu mal-għanijiet tal-iskema. L-iskema toffri appoġġ sa €1,000 għal kull applikant.
X’ser tingħata
Din il-parti ta’ l-iskema Boost Your Coding tiffaċilita r-rimbors tal-fondi, wara li tkun kompletati l-applikazzjoni tal-Boost Your Coding u tal-kors rilevanti tal-coding. L-applikanti jistgħu jissottomettu diversi applikazzjonijiet għal korsijiet differenti, sakemm l-ammont finanzjarju kumulattiv mogħti ma jaqbiżx €1,000 għal kull individwu.
Eliġibbiltà
L-applikanti jridu jkunu kkumpletew l-applikazzjoni tal-Iskema Boost Your Coding biex jiksbu numru ta' referenza għall-applikazzjoni tar-rimborż, kif ukoll jkunu temmew il-kors tal-coding.
L-applikanti għandhom ikollhom 16-il sena jew aktar. Għal dawk li għandhom 16 jew 17-il sena, l-applikazzjoni tagħhom trid tiġi sottomessa minn kustodju. Il-kustodji legali jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet kemm għalihom infushom kif ukoll għat-tfal eliġibbli tagħhom.
Kif tapplika
1. Aċċessa l-formola onlajn permezz tal-buttuna ‘Applika’ hawn taħt.
2. Imla l-formola bid-dettalji tiegħek.
3. Irrevedi s-sottomissjoni tiegħek għall-eżattezza.
4. Ibgħat il-Formola elettronika.
5. Ħu nota tal-Kodiċi ta' Referenza pprovdut
6. Jekk ikun meħtieġ tissottometti kwalunkwe kjarifika mitluba mill-MDIA.
7. Tirċievi konferma tas-sottomissjoni b'suċċess.
Dokumenti meħtieġa:
1. Boost Your Coding numru ta' referenza
2. Ċertifikat ta’ riżultat jew attendenza mill-entità tat-tħarriġ
3. Invoice mill-entità tat-taħriġ
4. Riċevuta mill-entità tat-taħriġ
5. Prova ta’ ħlas mill-benefiċjarju
Kronoloġija
Sottomissjoni tal-Applikazzjoni
Verifika tal-Applikazzjoni
14 - il jum
Valutazzjoni tal-Applikazzjoni
14 - il jum
Approvazzjoni tal-Applikazzjoni
10 ijiem
Provvista tas-Servizz
30 jum