Ħarsa ġenerali
L-iskop ta' din l-iskema hu li jgħin lir-residenti ta' Birżebbuġa l-aktar milquta mill-ħsejjes li joħorġu mill-Port Ħieles. Permezz ta' din l-iskema, ir-residenti jistgħu jibdlu aperturi tal-faċċata li huma qodma u ineffiċjenti, għal dawk li jipprovdi insulazzjoni aħjar mill-ħsejjes.
L-iskema tinkludi għajnuna finanzjara sa 90% tal-ispejjeż eliġibbli.
X’ser tingħata
L-iskema tkopri 90% tal-ispejjeż eliġibbli tad-double glazing, sa massimu ta €2,000.
Eliġibbiltà
Il-lista ta' djar li jistgħu jibbenifikaw minn din l-għotja tista' tiġi aċċessata hawn
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Il-Parti A tal-applikazzjoni għall-għotja għandha timtela mill-Applikant QABEL ix-xiri tat-tagħmir. Il-Parti B hija t-talba għal rimbors u għandha timtela mill-Applikant WARA li t-tagħmir ikun ġie installat (inkluż il-ħlas).
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Provvista tas-Servizz
Ġurnata