Reġistrazzjoni ta’ Kuntratt ta’ Kirja Residenzjali Privata

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Mill-1 ta’ Jannar 2020, kuntratti tal-kiri għal skop residenzjali primarju għandhom jiġu rreġistrati mal-Awtorità tad-Djar mis-sid fi żmien 10 ijiem mill-bidu tal-kirja.

X’ser​ tingħata

Il-kuntratti kollha ta’ kirjiet residenzjali privati magħmula wara li tidħol fis-seħħ il-liġi fl-1 ta’ Jannar 2020, għandhom isiru bil-miktub u għandhom jinkludu dawn r-rekwiżiti:

  • Il-fond li ser jinkera
  • L-użu miftiehem
  • Iż-żmien li għalih il-fond ikun ser jinkera
  • Jekk il-kirja tistax tiġġedded u kif
  • L-ammont ta’ kera u kif din għandha titħallas
  • Kwalunkwe ammont iddepożitat mill-kerrej bħala garanzija li josserva l-obbligi tiegħu
  • Inventarju li juri l-kundizzjoni tal-fond, kif ukoll l-istat tal-għamara u apparat domestiku li jkun provdut minn sid il-kera

Eliġibbiltà​​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kif tapplika​

L-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali (Kap. 604.), japplika biss għal kuntratti tal-kiri għal skop residenzjali primarju li saru wara l-1 ta’ Ġunju, 1995. Kirjiet residenzjali li saru wara l-1 ta’ Ġunju 1995, imma qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Att u li xorta jibqgħu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021, kemm jekk fit-terminu oriġinali jew imġedded, għandhom jiġu rreġistrati sal-1 ta’ Jannar 2021.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Xahrejn

Provvista tas-Servizz

136 jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika