Ħarsa ġenerali
Ġenituri ta’ tfal taħt is-16 -il sena li jattendu korsijiet Kulturali jew Kreattivi jistgħu japplikaw għal tnaqqis mid-dħul taxxabli sa massimu ta' € 100 għal kull tifel jew tifla. Korsijiet eliġġibbli taħt din l-iskema huma pprovduti minn entitajiet rikonoxxuti mill-Kunsill Malti għall-Arti u għandhom kodiċi SLC (in-numru tal-SLC għandu jiġi pprovdut mill-entità li tipprovdi t-taħriġ).
X’ser tingħata
Tnaqqis mid-dħul taxxabli sa massimu ta’ €300 għal kull tifel u tifla, li jinħadem skont id-dħul taxxabli tal-ġenituri.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Din l-eform għandha:
Tintbagħat lill-Kunsill Malti għall-Arti permezz ta' email fuq taxdoc@artscouncil.mt jew bil-posta fuq l-indirizz
Malta Council for Culture and the Arts
TG Complex Suite 1, Level 1
Triq il-Birrerija, Zone 3
Central Business District
BIRKIRKARA [Birkirkara]
CBD3040
Malta
Telefon: 23347230
Kopja ta' dan id-dokument għandha tinżamm mill-persuna li qed tħallas l-ispejjeż jekk ikun hemm bżonn ta' prova dokumentata tal-ispejjeż imħallsa.