Ħarsa ġenerali
Tippermetti l-applikant sabiex jiġi irreġistrat fin-National Livestock Database System (NLD) u jingħata permess biex irabbi għoġġiela bħala delizzju.
X’ser tingħata
Dan il-proċess iwassal biex l-applikant jkun jista' jrabbi sa massimu 2 għoġġiela bħala delizzju.
Eliġibbiltà
Kull persuna li hija interessata li trabbi ruminanti żgħar bħala delizzju u li għandha post adattat fejn iżżommhom.
Kif tapplika
Il-formola tal-applikazzjoni tista' timtela online u tiġi sottomessa flimkien mad-dokumenti rikjesti.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
25 jum
Provvista tas-Servizz
5 ijiem