Ħlas Volontarju ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1 (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ħamis 25 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-Ħlas Volontarju tal-kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali tal-Klassi 1, skont l-Artikolu 13(1) tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.), hija maħsuba għal dawk ir-residenti Maltin li jaħdmu barra minn Malta, u barra minn xi stat membru tal-Unjoni Ewropea u li jkun taħt kuntratt ta’ servizz barrani, biex b’hekk jipprovdi kopertura kontinwa tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali f’Malta. Persuni li jaħdmu ma xi istituzzjoni internazzjonali bħan-Nazzjonijiet Magħquda, l-Unjoni Ewropea, jew il-Kunsill tal-Ewropa, jistgħu ikunu eliġibbli taħt din l-iskema ukoll. Taħt din l-iskema ir-rata tal-kontribuzzjonijiet tas- Sigurtà Soċjali tal-Klassi I titħallas skont id-dħul bażiku minn xogħol barra minn Malta skont l-Għaxar Skeda tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali.

X’ser​ tingħata

Permezz ta’ dan il-pagament ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, persuna ssaħħaħ l-istorja tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħha u għalhekk l-eliġibbiltà tiegħu / tagħha għal Pensjoni Kontributorja tas-Sigurtà Soċjali.

Eliġibbiltà​​

  • L-applikanti kienu/huma impjegati barra minn Malta jew barra minn kwalunkwe Stat Membru tal-UE, ŻEE jew l-Iżvizzera matul il-perjodu/i ta’ assigurabbiltà li għandhom jiġu koperti mill-applikazzjoni.

  • Min iħaddem huwa rreġistrat barra minn Malta, l-UE, iż-ŻEE u l-Iżvizzera.

  • L-applikanti kienu/huma impjegati barra minn Malta taħt Kuntratt ta’ Servizz matul il-perjodu/i ta’ assigurabbiltà li għandhom jiġu koperti mill-applikazzjoni.

  • L-applikanti kienu/huma impjegati ma’ Organizzazzjoni Internazzjonali.

  • L-applikanti kienu/huma residenti u domiċiljati ordinarjament f’Malta matul il-perjodu/i ta’ assigurabbiltà maħsub biex ikunu koperti mill-applikazzjoni.

  • Jista’ jsir ħlas b’lura sa massimu ta’ ħames (5) snin mis-sena kurrenti skont Artiiklu 116 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, dejjem jekk il-perjodu mitlub biex jitħallas b’lura ikun kopert minn kuntratt tax-xogħol barra minn Malta.

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • Kopja bl-Ingliż tal-Kuntratt/i ta' Servizz barrani.

Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomessjoni ta' Applikazzjoni

Iċċekkjar ta' Applikazzjoni

Ġurnata

Assessjar ta' Applikazzjoni

3 ijiem

Approvazzjoni ta' Applikazzjoni

3 ijiem

Provvista tas-Servizz

15 - il jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika