Ħarsa ġenerali
Dan is-servizz hu mmirat għal dawk it-tfal u ż-żgħażagħ li, għal xi raġuni, ma jistgħux jibqgħu jgħixu mal-familja tat-twelid tagħhom iżda li ma jistgħux jiġu akkomodati fi ħdan il-provvista attwali ta’ kura barra mid-dar minħabba l-isfidi li jippreżentaw. Dawn l-isfidi jistgħu jkunu relatati mal-imġieba, is-saħħa, id-diżabilità, il-vizzji, l-involviment fil-kriminalità, l-edukazzjoni jew kull ħaġa oħra li tagħmilha diffiċli li jiġu pprovduti servizzi residenzjali għalihom.
X’ser tingħata
Dan is-servizz qed joffri pakkett ta’ benefiċċji, kemm finanzjarji kif ukoll oħrajn, biex jinkoraġġixxu individwi u/jew familji biex joffru li jakkomodaw wieħed minn dawn it-tfal u żgħażagħ fl-ambjent tal-familja tagħhom stess. Dan qed isir minħabba r-rikonoxximent li, meta jkunu qed jgħixu f’ambjent ta’ familja, il-maġġoranza l-kbira ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ ikunu jistgħu jiżviluppaw aħjar il-potenzjal tagħhom. Parti mill-benefiċċji offruti mis-servizz huwa l-appoġġ lil dawn l-individwi u/jew familji minn ħaddiema soċjali u professjonisti oħra li huma involuti fil-ħajja ta’ dawn it-tfal u żgħażagħ.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:
- Individwi u/jew familji biex joffru li jakkomodaw wieħed minn dawn it-tfal u żgħażagħ fl-ambjent tal-familja tagħhom stess