Ħarsa ġenerali
L-iskema tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi hi amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma bil-ħsieb li tinkoraġġixxi aktar il-ġbir u l-użu tal-ilma tax-xita fis-settur domestiku. Din l-iskema hi ffinanzjata minn fondi nazzjonali u tapplika għal individwi privati (persuni fiżiċi) għall-użu fil-proprjetà residenzjali tagħhom, u għal organizzazzjonijiet li ma jwettqux attività ekonomika.
Din l-iskema ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2026 bl-Avviż tal-Gvern 2030 tas-sena 2025

X’ser tingħata
Għotja monetarja.
Eliġibbiltà
Applikanti prospettivi huma mistiedna jikkonsultaw il-Linji Gwida għall-Applikanti li tħejjew bħala għajnuna biex timtela l-formola ta’ applikazzjoni għal għotja fuq bjar domestiċi.
Kif tapplika
1.1: Applikazzjoni – Parti A – Skema tal-2018 tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi
Il-formola ta’ applikazzjoni hi maqsuma f’żewġ partijiet. L-applikanti għandhom jimlew Parti A tal-applikazzjoni bid-dettalji personali tagħhom. Parti A għandha tiġi mimlija u sottomessa lir-REWS qabel ma jsir ix-xogħol tar-restawr.
Skema tal-2018 tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi
• Parti A li trid timtela qabel ma jsir ix-xogħol: Ħolqa għal Applikazzjoni Online
1.2: Applikazzjoni – Parti B – Skema tal-2018 tar-Restawr ta’ Bjar Domestiċi
Malli jitlesta x-xogħol ta’ restawr, l-applikanti huma mitluba jissottomettu Parti B tal-applikazzjoni flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.

• Parti B li trid timtela wara l-installazzjoni u l-kummissjonar: Ħolqa għall-Applikazzjoni Online
3: Mezzi ta’ Awtentikazzjoni, Identifikazzjoni u Firma
1. Dettalji tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
2. Firma tal-applikant bl-idejn meħtieġa fuq il-formola tal-applikazzjoni;
3. Kont tal-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett.
4: Tip ta’ Evidenza li Għandha Tiġi Sottomessa
Għal Parti A
1. Kopja tal-karta tal-identità jew id-dokument ta’ residenza tal-applikant;
2. Kopja tal-kont tal-ilma maħruġ mill-ARMS Ltd. fir-rigward tal-post fejn se jsir il-proġett;
3. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.
Għal Parti B
1. Irċevuti fiskali oriġinali;
2. Ritratti tas-sit tal-installazzjoni qabel u wara x-xogħlijiet;
3. Ċertifikazzjoni tax-xogħol ta’ restawr maħruġa minn perit u ċertifikazzjoni tas-sistema tal-ilma tat-tieni klassi maħruġa minn perit jew inġinier;
4. Formola tal-applikazzjoni ffirmata.