Ħarsa ġenerali
Is-servizz ta’ Kontinenza hu immirat li jtaffi problemi psikoloġiċi li għalih anzjan jista’ jkollu minħabba problemi fil-bużżieqa jew fil-musrana li jirriżultaw minħabba f’inkontinenza. L-għan ta’ dan is-servizz hu li jipprovdi appoġġ finanzjarju lil dawn l-anzjani billi jiġu mogħtija prodotti ta’ kontinenza li huma ssussidjati fuq bazi parzjali jew sħiħ
X’ser tingħata
Skema A: Intitolament għal provvista ta’ prodotti kompletament issussidjati, irreferi għal lista indikata hawn taħt (skont ir-riċetta tat-tabib tal-pazjent u assessjar mill-Continence Nurse).
Skema B: Intitolament għal provvista ta’ prodotti parzjalment issussidjati (skont ir-riċetta tat-tabib tal-pazjent u assessjar mill-Continence Nurses).
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbilità ġenerali:
- Skema A: F’pussess ta’ Karta tal-Identità Speċjali (SID-UE) valida maħruġa mill-Aġenzija Sapport u li jsofri minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant/a. L-età tal-applikanti taħt din l-iskema trid tkun minn sentejn ‘l fuq.
- Skema B: Anzjan li għandu sittin (60) sena `l fuq u li j/ssofri minn inkontinenza kif iċċertifikat mit-tabib tal-applikant/a.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Is-servizz għal Skema B hu bi ħlas
Skema B
| Prodotti | Prezz kull prodott | Prodotti | Prezz ta’ kull prodott |
|---|---|---|---|
| Ħrieqi | Pull-Ups | ||
| Ħrieqi Adulti Żgħar | €0.16 | Pull-Ups Adulti Żgħar | €0.20 |
| Ħrieqi Adulti Medji | €0.14 | Pull-Ups Adulti Medji | €0.20 |
| Ħrieqi Adulti Kbar | €0.20 | Pull-Ups Adulti Kbar | €0.23 |
| Ħrieqi Adulti Extra Kbar | €0.23 | Pull-Ups Adulti Extra Kbar | €0.24 |
| Pads | Inco-Sheets | ||
| Pads Tan-Nisa Żgħar | €0.08 | Inco-Sheets Żgħar 60x40 | €0.08 |
| Pads Tan-Nisa Kbar | €0.11 | Inco-Sheets Kbar 60x90 | €0.13 |
| Pads Tal-Irġiel | €0.08 |
F’każ li l-applikant għandu bżonn ibiddel jew iżid xi prodotti, it-tabib personali tiegħek għandu jimla’ l-formola ta’ riferiment. Ikklikkja hawn biex tniżżel il-formola ta’ riferiment.
Dokumentazzjoni meħtieġa:
Applikazzjoni mimlija inkluż ir-Rapport Mediku ffirmat mit-tabib tal-applikant. Ikklikkja hawn biex tniżżel ir-Rapport Mediku.
Kopja tal-Karta tal-Identità Speċjali (SID-EU) għal min japplika għall-Skema A.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta' Applikazzjoni
Applikazzjoni qed tiġi Pproċessata
21 jum
Provvista tas-Servizz
Jumejn