Rati tal-Benefiċċji (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Tista’ tara l-informazzjoni dwar ir-rati ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali pprovduti mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għall-viżibilità taċ-ċittadini, u huma organizzati skont il-grupp. L-informazzjoni mogħtija dwar ir-Rati tal-Benefiċċji tkopri tal-aħħar ħames (5) snin, u tinkludi sal-aħħar tas-sena kurrenti. Ir-rati tal-benefiċċji huma murija f'ordni kronoloġika u japplikaw kemm għall-koppji, kif ukoll għal persuni waħedhom.

X’ser​ tingħata

Il-faċilità biex taċċessa ħarsa ġenerali komprensiva dwar rati tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali ta’ matul l-aħħar ħames (5) snin, sa l-aħħar tas-sena kurrenti, organizzati skont il-grupp. Ħlief fejn speċifikat mod ieħor, kull benefiċċju għandu rata ta' kull ġimgħa.

 

Gruppi tar-Rati tal-Benefiċċji:

 

  • Benefiċċji għall-Familja.

  • Benefiċċji mhux Kontributorji.

  • Għajnuna Medika.

  • Għotjiet u Bonuses.

  • Pensjonijiet Kontributorji.

  • Xogħol, Inċentivi u Benefiċċji għal Diżimpjieg.

Eliġibbiltà​​

  • Kull ċittadin jista’ jaċċessa faċilment din l-informazzjoni dwar ir-rati tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali.

Kif tapplika​

Biex taċċessa s-servizz tar-Rati tal-Benefiċċji, ikklikkja hawn.

 

Jekk waqt li tkun qed tuża dan is-servizz tiltaqa' ma' xi kwistjoni jew teħtieġ assistenza:

 

  • Żur il-paġna tagħna Ikkuntattjana, agħżel ‘Rati tal-Benefiċċji’ mil-lista li tinżel taħt il-grupp mySocialSecurity, u pprovdi d-dettalji tal-mistoqsija tiegħek, jew
  • Ibbukkja sejħa bil-Microsoft Teams ma’ membru mit-tim tal-Unità għall-Immaniġjar tal-Informazzjoni.

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika