Pjazzamenti għall-Istudenti

Aġġornat l-Aħħar: Il-Ġimgħa 26 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Aġenzija Sapport tipprovdi pjazzamenti li huma prattiċi u rilevanti għal studenti minn diversi istituzzjonijiet u programmi akkademiċi. L-għan tal-pjazzamenti huwa li jipprovdu lill-istudenti bl-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza biex jikkumplimentaw l-istudji tagħhom f’diversi oqsma. L-Aġenzija toffri pjazzamenti fil-biċċa l-kbira tad-dipartimenti, kemm jekk amministrattivi f'ambjenti ta' uffiċċju jew fuq quddiem fis-servizzi, skont ir-rekwiżiti tal-kors rispettiv.

X’ser​ tingħata

L-għan tal-placements huwa li jipprovdu lill-istudenti bl-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza biex jikkumplimentaw l-istudji tagħhom f’diversi oqsma

Eliġibbiltà​​

Studenti ’l fuq minn tmintax-il sena li qed jagħmlu korsijiet varji f'livelli differenti ma' istituti akkademiċi lokali jew internazzjonali.

Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa:

Kopja tal-Kondotta tal-Pulizija maħruġa fl-aħħar 3 xhur

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika