Ħarsa ġenerali
Applikazzjoni għal permess ta' residenza minn ċittadin ta' pajjiż barrani.
i) 'Applikant' tirreferi għal persuna li diġà għandha r-residenza tagħha f'Malta.
ii) Meta tapplika għall permess ta' residenza:
b) Persuni li għadhom kemm ħadu r-residenza f'Malta u li huma residenti prospettivi għat-tul għandhom ukoll japplikaw minnufih għal permess ta' residenza.
ċ) Persuni li jixtiequ li japplikaw biex iġeddu l-permess tagħhom għandhom jagħmlu dan possibbilment 3 xhur qabel ma jiskadi l-permess preżenti tagħhom.
d) Persuni li qabel kellhom residenza f'Malta għandhom jikkonfermaw dan billi jimlew il-parti apposta fis-Sezzjoni 1: Dettalji Personali.
X’ser tingħata
Permess ta' residenza.
Eliġibbiltà
Ċittadini barranin (ċittadini minn pajjiżi terzi). Din il-formola għandha timtela minn ċittadin li mhux mill-UE/EEA li hu:
i) Impjegat;
ii) Jaħdem għal rasu;
iii) Jistudja fi stabbiliment edukattiv;
iv) Ekonomikament awtosuffiċjenti;
v) Irtirat;
vi) F'Malta għal raġunijiet oħra.
i) Impjegat;
ii) Jaħdem għal rasu;
iii) Jistudja fi stabbiliment edukattiv;
iv) Ekonomikament awtosuffiċjenti;
v) Irtirat;
vi) F'Malta għal raġunijiet oħra.
Kif tapplika
L-applikazzjonijiet, bid-dokumentazzjoni kollha relevanti, għandhom jittieħdu personalment fl-Uffiċċju ta' Malta għaċ-Ċittadinanza f':
Identità Malta
Evans Building,
Misraħ Sant' Iermu
Il-Belt Valletta
Il-lista ta' dokumentazzjoni relevanti tinsab fuq il-formola tal-applikazzjoni.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Provvista tas-Servizz
Jumejn