Ħarsa ġenerali
Il-klijent li se jagħmel xogħlijiet ta' kostruzzjoni għandu jaħtar supervisor tal-proġett skont l-Artiklu 3(1) tal-AL 88 tal-2018. Is-supervisor tal-proġett hu marbut li jibgħat notifika lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) skont l-Artiklu 5 tal-istess leġiżlazzjoni meta dan hu rekwiżit legali għal-stabbilimenti li jidħlu fil-firxa tal-iskop tal-AL 88 tal-2018, fil-każ ta’ siti ta’ kostruzzjoni li fuqhom ix-xogħol ikun skedat li jdum aktar minn tletin jum tax-xogħol u li fuqhom ikun hemm jaħdmu aktar minn għoxrin ħaddiem fl-istess ħin, jew li fuqhom il-volum tax-xogħol huwa skedat li jeċċedi l-ħames mitt ġurnata xogħol ta’ persuna.
X’ser tingħata
Konformità mal-obbligu legali skont ir-regolament tal-AL 88 tal-2018.
Eliġibbiltà
In-notifika għandha tigi kkomunikata lill-Awtorità mill-inqas erba’ ġimgħat kalendarji qabel ma’ jibda x-xogħol fuq il-proġett.
Kif tapplika
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata