Ħarsa ġenerali
Dan il-kors (twil 4 sigħat) huwa maħsub biex iqajjem kuxjenza dwar is-suġġett u ma jiħux post l-obbligu legali ta' min iħaddem li jipprovdi taħriġ lill-impjegati tiegħu skont l-Att XXVII tal-2000.
X’ser tingħata
Permezz ta' dan il-kors, il-parteċipenti:
i) Jirrikonoxxu u jifhmu l-perikli ta' postura ħażina
ii) Ikunu kapaċi jagħmlu xogħol fl-uffiċċju f'pożizzjoni sana
iii) Jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-A.L. 35 tal-2003 (Regolamenti 1-2003 dwar il-Protezzjoni kontra Riskji ta’ Korriment tad-Dahar fil-Postijiet tax-Xogħol)
Eliġibbiltà
Min iħaddem, ħaddiema u dawk li jaħdmu għal rashom (speċjalment dawk li jaħdmu f'ambjent ta' uffiċċju).
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Il-ħlas ta' €70 għandu jsir pagabbli u jintbagħat lil:
L-Awtorità Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
17, Triq Edgar Ferro
Pietà PTA1533
Il-ħlas ta' €70 għandu jsir pagabbli u jintbagħat lil:
L-Awtorità Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
17, Triq Edgar Ferro
Pietà PTA1533
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata