Ħarsa ġenerali
Id-detentur tal-kont jista' jawtorizza lill-ARMS biex joħorġu d-dettalji tal-kont lil terzi. Dan isir permezz ta' prokura biex tinġabar informazzjoni rigward kull flus dovuti pendenti fuq kont partikolari.
X’ser tingħata
Il-persuna nominata tista' tiġbor informazzjoni relatata ma' ħlasijiet dovuti li normalment ma jiġux żvelati lil terzi.
Eliġibbiltà
Il-pubbliku ġenerali. Tintalab minn qabel l-awtorizzazzjoni mid-detentur ta' kont.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.