Ħarsa ġenerali
Għotja għal spejjeż konnessi ma' funzjoni ta' tieġ.
X’ser tingħata
L-applikant jirċievi 13.04% tal-ispiża, sa massimu ta' €2,000.
Eliġibbiltà
L-applikant għandu jkun residenti f'Malta, u l-formola onlajn għandha tiġi sottomessa mhux aktar tard minn 6 xhur mid-data taċ-ċerimonja tat-tieġ. L-applikanti m'għandhom qatt ikunu bbenefikaw minn din l-iskema qabel. L-irċevuti fiskali oriġinali/fatturi u dokumentazzjoni rilevanti għandhom jinżammu mill-applikant għal perjodu ta’ mhux anqas minn sentejn mid-data tal-applikazzjoni u jiġu preżentati lill-Kummissarju tat-Taxxi meta mitluba għal skop ta’ verifika. Il-pagament tal-għotja jiġi ddepożitat fil- kont bankarju indikat fuq l-applikazzjoni.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn u ibgħatha.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
3 ijiem