Ħarsa ġenerali
Iċ-ċertifikat ta’ U1 huwa essenzjali għall-ħaddiema li jiġu relokati f’pajjiż ieħor fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE). Dan jipprovdi rekord tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-perjodu ta’-impjieg tiegħek fi kwalunkwe pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE), li huwa neċessarju sabiex tagħmel talba għall-benefiċċji għal qgħad. Madanakollu, dan id-dokument ma jintużax għat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà’ soċjali minn pajjiż għal ieħor. Dan iċ-ċertifikat jinħareġ mill-pajjiż fejn tkun ħdimt u ħallast il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
X’ser tingħata
Inti tirċievi ċertifikat U1 li juri d-dettalji tal-perjodu tal-assigurazzjoni tiegħek taħt l-att tas-sigurtà soċjali Maltija (Kap. 318.). Dan iċ-ċertifikat jikkonferma il-kontribuzzjonijiet imħallsa f’Malta , u tista’ tużah sabiex titlob benefiċċji għal-qgħad f’pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea (UE).
Meta tapplika huwa mportanti li tikkonferma li d-dettallji kollha tal-impjieg tiegħek huma korretti sabiex tiffaċilita l-ipproċessar tal-applikazzjoni.
Eliġibbiltà
Kriterji ta’ eliġibbiltà:
Trid tkun għamilt perjodu tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurta soċjali neċessarji għal-benefiċċju, bhalha impjegat jew persuna li taħdem għal-rasha.
Iċ-ċertifikat U1 mhux applikabbli jekk kont impjegat f’Malta iżda ma ħallastx kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minħabba li l-attività tax-xogħol tiegħek ma kinitx assikurabli.
Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:
Dokument ta’ identifikazzjoni b’ritratt, li jista’ jkun il-karta tal-identità jew passaport validi.
Formola ta’ terminazzjoni ta’ l-aħħar impjieg tiegħek maħruġa mill-aġenzija Maltija tal-Jobsplus.
FS3s kolla uffiċċjali u ffirmati tal-impjiegi kollha tiegħek, inkluż dawk ta’ xogħol part-time.
L-irċevuti tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ta’ matul il-perjodu ta’ assigurazzjoni f’Malta, jekk kont taħdem għal rasek irrispettivament jekk hux full-time jew part-time.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online. L-applikazzjoni tinsab biss bl-ingliż.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
10 ijiem