Għotja lil Persuni li ma jikkwalifikawx għall-Pensjoni Kontributorja (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-Għotja titħallas lil dik il-persuna reġistrata taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.) iżda m’għandhiex Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biżżejjed sabiex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja.

X’ser​ tingħata

Il-ħlas ta’ din l-Għotja huwa bbażat fuq in-numru ta’ Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa mill-persuna rreġistrata skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

  • Sitt mitt ewro (€600) tingħata lil persuna li ħallset bejn ħamsin (50) u disa’ u disgħin (99) kontribuzzjoni.

  • Sitt mija u ħamsin ewro (€650) tingħata lil persuna li ħallset bejn mitt (100) kontribuzzjoni u mija u disgħa u erbgħin kontribuzzjoni.

  • Seba’ mitt ewro (€700) tingħata lil persuna li ħallset bejn mija u ħamsin u (150)to mija u disgħa u disgħin (199) kontribuzzjoni.

  • Seba’ mija u ħamsin ewro (€750) tingħata lil persuna li ħallset bejnmitejn (200)u mitejn u disgħa u erbgħin (249) kontribuzzjoni.

  • Tmien mija u ħamsin ewro (€850) tingħata lil persuna li ħallset bejnmitejn u ħamsin (250)u mitejn u disgħa u disgħin (299) kontribuzzjoni.

  • Disa’ mitt ewro (€900) tingħata lil persuna li ħallset bejn tliet mija (300)u tliet mija u disgħa u erbgħin (349) kontribuzzjoni.

  • Disa’ mija u ħamsin ewro (€950) tingħata lil persuna li ħallset bejntliet mija u ħamsin (350) u tliet mija u disgħa u disgħin (399) kontribuzzjoni.

  • Elf ewro (€1000) tingħata lil persuna li ħallset bejn erba’ mija (400)u erba’ mija u disgħa u disgħin (449) kontribuzzjoni.

  • Elf u ħamsin ewro (€1050) tingħata lil persuna li ħallset bejnerba’ mija u ħamsin (450) u ħames mija u dsatax (519) kontribuzzjoni.

 

Għal dawk l-individwi mwielda qabel l-1962, u li ma jikkwalifikawx għal Pensjoni Kontributorja minħabba li għandhom inqas minn għaxar (10) snin kontribuzzjonijiet imħallsa, kwalunkwe kontribuzzjoni mħallsa qabel l-età ta’ tmintax-il (18) sena jistgħu jiġu ikkunsidrati.


Mill-Jannar 2026, dawk l-individwi mwielda fl-1962 jew wara, u li ma jikkwalifikawx għal Pensjoni Kontributorja minħabba li għandhom inqas minn tnax-il (12) sena kontribuzzjonijiet imħallsa, kwalunkwe kontribuzzjoni mħallsa qabel l-età ta’ tmintax-il (18) sena jistgħu jiġu ikkunsidrati.

 

L-Għotja titħallas darba fis-sena. Jekk il-persuna twieldet wara l-1 ta’ Jannar fis-sena li tikkwalifika, isir ħlas pro-rata għal dik is-sena.

 

L-Għotja tibqa’ titħallas anke lil persuni ta’ aktar minn ħamsa u sebgħin (75) sena.

Eliġibbiltà​​

  • Jekk il-persuna twieldet:

    • Bejn l-1952 u l-1955, l-għotja titħallas ta’ tnejn u sittin (62) sena.

    • Bejn l-1956 u l-1958, l-għotja titħallas ta’ tlieta u sittin (63) sena.

    • Bejn l-1959 u l-1961, l-għotja titħallas ta’ erbgħa u sittin (64) sena.

    • Fl-1 ta’ Jannar 1962 jew wara, l-għotja titħallas ta’ ħamsa u sittin (65) sena.

  • Persuna li tkun ħallset aktar minn ħamsin (50) Kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali, iżda m’għandhiex kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biżżejjed sabiex tikkwalifika għall-Pensjoni Kontributorja.

  • Persuna trid tkun residenti Malta jew f’pajjiż fl-Unjoni Ewropea.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • Żgura li d-dettalji bankarji tiegħek miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali huma aġġornati sabiex tirċievi ħlasijiet b'depożitu dirett f'bank. In-numru tal-IBAN għandu jkun kont lokali tat-tfaddil jew kurrenti u mhux kont ta’ self. Il-kont indikat għandu jkun f’isem l-benefiċjarju biss. Id-dettalji bankarji jistgħu jiġu aġġornati fuq mySocialSecurity.

 

Kif tapplika​

L-Għotja lil persuna li ma tikkwalifikax għall-Pensjoni Kontributorja tinħareġ awtomatikament. Dan isir jekk l-applikazzjoni għall-Pensjoni Kontributorja tiġi miċħuda mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fuq bażi, li min jagħmel it-talba ma jkollux l-ammont minimu ta' Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biex jikkwalifika għal Pensjoni Kontributorja. Madankollu, f'dawk il-każijiet fejn id-dipartiment ma jkollux dettalji dwar il-Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali imħallsa minn persuna, allura trid tiġi sottomessa applikazzjoni.

 

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

Xahar

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika