Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji - Persuna Impjegata (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-benefiċjarji tal-Assistenza Soċjali li jsibu mpjieg jistgħu jagħżlu li japplikaw għall-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji jekk jaqilgħu tal-inqas il-paga minima nazzjonali jew aktar, u jew ikunu rċevew l-Assistenza Soċjali jew l-Għajnuna għal Diżimpjieg jew Benefiċċju Speċjali għal Diżimpjieg għal mill-inqas sena (1) fl-aħħar tliet (3) snin.

X’ser​ tingħata

Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:

 

  • 75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.

  • 55% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.

  • 35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.

  • 25% tar-rata tal-benefiċċju mħallsa lil min iħaddem għal perjodu massimu ta’ tliet (3) snin, safejn il-benefiċjarju jibqa’ impjegat mat-tali min iħaddem.

 

Il-benefiċjarji jitħallsu kull erbgħa (4) ġimgħat b’lura u min iħaddem jitħallas kull tnax-il (12) ġimgħa b’lura.

 

Jekk benefiċjarju li jkun qed jirċievi it-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji jispiċċa mingħajr xogħol, il-benefiċju jiġi mwaqqaf kemm għall-benefiċjarju kif ukoll għal min iħaddem. Jekk il-benefiċjarju jerġa jibda xogħol ieħor, it-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji jitkompla jingħata minn meta twaqqaf il-benefiċju. F’dan il-każ, il-benefiċjarju jrid jissottometti applikazzjoni ġdida flimkien mad-dikjarazzjoni tal-prinċipal il-ġdid li se jibda jirċievi l-25% tar-rata tal-benefiċju għall-kumplament taż-żmien tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċji.


Ladarba jgħaddu t-tliet (3) snin tal-iskema tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji, il-benefiċjarju jista’ jkun eliġibbli għall-Benefiċċju ta’ Waqt ix-Xogħol, jekk jibqa’ f’impjieg.


Kwalunkwe’ bonuses statutorji jridu jitħallsu minn min iħaddem li jkun qed jirċievi t-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċji. Il-benefiċjarju li jkun fl-iskema tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċji ma jistax jagħmel talba għad-differenza tal-bonuses statutorji lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjal, jekk il-benefiċjarju huwa mpjegata part-time jew fuq ħinijiet imnaqqsa.


Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

Applikant li issa huwa involut f’impjieg full-time u jaqla’ mhux inqas mill-Paga Minima Nazzjonali, u kien jirċievi benefiċċju mhux kontributorju għall-perjodu ta’ sena fl-aħħar tliet (3) snin.


Dokumenti neċessarji

 

  • Dikjarazzjoni tal-Applikant u tal-Prinċipal min se jħaddem. Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument.

Kif tapplika​

 Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

 

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Provvista tas-Servizz

16 - il jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika