Ħarsa ġenerali
Din l-iskema tipprovdi opportunità għall-applikanti biex ikomplu jgħixu fid-dar attwali tagħhom, u fl-istess ħin jagħmlu d-dar tagħhom aktar aċċessibbli.
Il-liftijiet huma installati fejn huwa fiżikament possibbli u fi blokki residenzjali tal-Gvern.
X’ser tingħata
L-iskema għall-installazzjoni ta' liftijiet fi blokok tal-Gvern tippermetti lir-residenti drawn il-blokki jitolbu lill-Awtorità tad-Djar biex tinstalla lift. Tista' tiġi ppreżentata applikazzjoni għal blokok fejn appartament wieħed jew aktar ikunu proprjetà tal-Gvern u wieħed mir-residenti jsofri minn nuqqas ta' mobbiltà.· L-inkwilini għandhom jiffurmaw Assoċjazzjoni tar-Residenti biex jamministraw u jżommu l-lift.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Hemm tariffa amministrattiva ta’ €40.00 li ma tingħatax lura meta tissottometti applikazzjoni.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Ipproċessar tal-applikazzjoni
10 ijiem
Provvista tas-Servizz
Xahar u nofs