Ħarsa ġenerali
L-għan ewlieni tal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) hija li tissalvagwardja l-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) (Kap. 413.) tal-Liġijiet ta’ Malta. Ma tinvolvix biss l-investigazzjoni tal-ilmenti riċevuti għal soluzzjoni possibbli, iżda tinvolvi ruħha kontinwament biex toffri pariri dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Att, kemm lill-persuni b’diżabilità u lill-membri tal-familja tagħhom (dawk affettwati direttament), kif ukoll lil persuni oħra fis-soċjetà li fuqha l-Att jimponi ċerti obbligi (dawk affettwati indirettament).
Il-Bord li Jiddetermina x’Inhu Raġonevoli (TORB) huwa bord li jopera skont Artiklu 20 tal-istess Att u responsabbli li jestabilixxi r-raġonevolezza ta’ kull azzjoni li għandha ssir minn persuna skont id-dispożizzjonijiet tal-Att jew tal-UNCRPD inkluż kull alterazzjoni, tibdil u/ jew għoti ta’ servizzi u faċilitajiet u jekk dawk l-azzjonijiet ikunux jistgħu jitwettqu mingħajr ma jġibu piż mhux ġustifikat.
X’ser tingħata
- Il-laqgħat tal-bord qed isiru online.
- Il-membri tal-bord jinkludu persuni b’diżabilità u/ jew persuni li jagħtu sostenn lil persuni b’diżabilità li ma jistgħux jirrapreżentaw lilhom infushom.
- Għal kull seduta tal-bord, ikun preżenti konsulent tekniku skont il-bżonn, inklużi l-Periti tal-Kummissjoni, u l-Uffiċċjali Tekniċi rispettivi tal-Kummissjoni f’każ ta’ applikazzjoni dwar żvilupp.
- Rappreżentant/a professjonali j/tista' j/tissottometti l-applikazzjoni u j/tirrappreżenta lill-applikant/a f’ismu/isimha. Il-persuna li timla l-applikazzjoni tista tindika min għandu jkun preżenti waqt is-seduta tal-bord sabiex jissapportja ir-rikjesta għal eżenzjoni.
- TORB jipprovdi smigħ ġust li bih tittieħed deċiżjoni.
Eliġibbiltà
- Kull applikant li jixtieq japplika għal eżenzjoni fuq applikazzjoni ta’ Żvilupp jew li għalih ikun sar ilment mal-Investigations Unit fi ħdan is-CRPD.
Kif tapplika
Dokumentazzjoni meħtieġa
- Deskrizzjoni qasira tat-talba għal eżenzjoni, li tispjega b'mod ċar id-diffikultà teknika u t-tbatija finanzjarja li tifforma l-bażi tat-talba. Dan għandu jinkludi wkoll l-Abbozz ta' Kwantitajiet.
- Pjanti u/jew tpinġijiet tekniċi oħra li juru xi kwistjonijiet.
- Evidenza dokumentata, inklużi l-ispejjeż, li tindika tbatija finanzjarja.
- Kwalunkwe dokument ieħor, inklużi ritratti, li jappoġġja t-talba tiegħek għal eżenzjoni.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Kronoloġija
L-Applikazzjoni Sottomessa
L-Applikazzjoni qed tiġi Proċessata
Ġurnata
Deċiżjoni li Milħuqa
Ġurnata