Ħarsa ġenerali
L-Għajnuna dwar il-Lebbra tingħata lil persuna li tbati mill-Marda tal-Lebbra jew il-Marda ta’ Hansen, jew li għandha membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u li qed isofri minn waħda minn dawn il-mardiet.
X’ser tingħata
L-Għotja dwar il-Lebbra titħallas indefinittivament sakemm l-applikant ma jattendix għat-trattament mediku jew jiddaħħal l-isptar.
L-Għajnuna dwar il-Lebbra titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem.
Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.
Eliġibbiltà
L-applikant jew xi membru tal-familja li jgħix fl-istess dar u li qed isoffri mill-Marda tal-Lebbra jew il-Marda ta’ Hansen.
Din l-għotja ma teħtieġx it-test tal-meżżi għalhekk jistgħu japplikaw applikanti li huma impjegati.
Dokumentazzjoni Neċessarji
Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib mediku jew speċjalista kuranti.
Kif tapplika
Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
8 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Xahar
Provvista tas-Servizz
Xahar u nofs