Assistenza dwar it-Tuberkolożi (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

L-Għajnuna dwar it-Tuberkulosi tingħata lil persuna li tbati bil-marda tat-Tuberkulosi jew bil-marda ta’ Koch, jew li għandha membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u qed isofri minn waħda minn dawn il-mardiet.

X’ser​ tingħata

L-applikant jew xi membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u qed isofri bil-marda tat-Tuberkulosi jew il-marda ta’ Koch.
 

Din l-għotja ma teħtieġx it-test tal-meżżi, għalhekk tista’ tapplika persuna li hija f’impjieg.
 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

L-applikant jew xi membru tal-familja u li jgħix fl-istess dar u qed isofri bil-marda tat-Tuberkulosi jew il-marda ta’ Koch.

 

Din l-għotja ma teħtieġx it-test tal-meżżi, għalhekk tista’ tapplika persuna li hija f’impjieg.

 

Dokumenti Neċessarji

  • Rapport tat-Tabib – Ikklikkja hawn biex tniżżel dan id-dokument li jrid jiġi ffirmat u ttimbrat minn tabib.

Kif tapplika​

Meta d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jircevi applikazzjoni, din tiġi rreferuta lill-Ispeċjalista fil-Klinika tat-Tuberkulosi tad-Dipartiment tas-Saħħa għall-konferma tal-marda tat-Tuberkulosi jew il-Marda ta’ Koch, u biex tinkiseb id-data tal-bidu/tmiem tat-trattament.

 

Id-Dipartiment tas-Saħħa jiddetermina jekk il-pazjent għandux bżonn xi X-Rays minħabba l-marda.

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

8 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Xahar

Provvista tas-Servizz

Xahar u nofs

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika