Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz Residenzjali (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz Residenzjali titħallas lil Djar residenzjali li jipprovdu servizz residenzjali lit-tfal.

 

Barra minn hekk, din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena.

X’ser​ tingħata

Il-Pagament għal l-allowance titħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

  • Dawk id-Djar Residenzjali li jipprovdu Servizz Residenzjali iridu jkunu approvati mill-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.


Dokumentazzjoni meħtieġa

 

  • Applikazzjoni approvata minn Aġenzija Appoġġ bid-dettalji tat-tfal, fil-każ ta’ ammissjonijiet ġodda. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.

Kif tapplika​

Imla u issottometti l-applikazzjoni online.

 

L-applikazzjoni trid tasal sa sitt (6) xhur mid-data tal-bidu tal-fostering skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-allowance jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tintbagħat tard.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

14 - il jum

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

7 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika