RHOL - Bdil fil-Liċenzja ta' Operatur ta' Ġarr fit-Toroq

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Proċess għat-trasportaturi liċenzjati biex jimmodifikaw ċerti dettalji tal-liċenzja, bħal vetturi inklużi fil-liċenzja, dettalji ta' kuntatt u rappreżentanti awtorizzati

Għal aktar tagħrif: Carriage of Goods by Road within the European Union - Transport Malta

X’ser​ tingħata

Kopji awtentikati ġodda għall-vetturi miżjuda, b'konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament 1072/2009 tal-UE

Jibqgħu validi sakemm tiskadi l-liċenzja ta' operatur.

Eliġibbiltà​​

Ir-road hauliers kollha li għandhom liċenzja.

Kif tapplika​

Ipprintja u ibgħat il-formola mimlija lil:

 

Land Transport Directorate - Paola
A3 Towers, Triq l-Arkata, Paola
PLA1212
Malta

 

Land Transport Office - Gozo

Tiġrija Palazz, Triq Taħt Putirjal, Ir-Rabat Għawdex
VCT1010
Gozo


Email: info@transport.gov.mt

Flimkien ma' kopji tar-reġistrazzjoni u ċertifikati ta' assigurazzjoni tal-vettura/vetturi. Spiża ta' €25 sa l-ħames vettura.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

Jumejn

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika