Ħarsa ġenerali
Kumpaniji reġistrati jew individwi li jixtiequ jħaddmu bastiment kummerċjali f'portijiet, ilmijiet interni u territorjali madwar Malta, għandhom japplikaw billi jimlew din il-formola.
X’ser tingħata
Liċenzja ta' operatur ta' bastiment kummerċjali.
Eliġibbiltà
Sabiex jikseb liċenzja ta' operatur ta' bastiment kummerċjali wieħed għandu:
i) Ikollu tal-anqas 18-il sena;
ii) Ikun ċittadin Malti jew ċittadin ta' Stat Membru tal-UE u detentur ta' indirizz permanenti f'Malta.
Iii) Ikollu kondotta tajba.
Kumpaniji Maltin jew tal-UE għandhom ikunu rreġistrati.

Kif tapplika
Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
Triq Pantar
Lija LJA 2021
F’każijiet fejn l-applikazzjoni tintbagħat minn individwu, l-applikazzjoni għandha tinkludi: i) Kopja tal-karta tal-identità (quddiem u wara). ii) Ċertifikat tal-kondotta mill-Pulizija.
Fil-każ li l-operator huwa kumpanija, mal-formola tal-applikazzjoni għandhom jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin:
i) Kopja tal-karta tal-identità (quddiem u wara) tal-persuna awtorizzata li tirrappreżenta lil kull kumpanija.
ii) Kopja tal-Memorandum u l-Artiklu ta’ Assoċjazzjoni.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata