Sistema Globali dwar Periklu fuq il-Baħar u Sigurtà (Global Maritime Distress and Safety System)

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-persuna li tħaddem tagħmir tal-Global Maritime Distress and Safety System (GMDSS) tkun meħtieġa, skont il-konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali, Safety of Life at Sea (IMO SOLAS) convention, li jkollha ċertifikat li jipprova l-kompetenzi (tagħrif jew kapaċitajiet prattiċi) biex topera tagħmir tal-GMDSS. Fis-settur marittimu, operaturi jistgħu jkollhom 1 miċ-ċertifikati tar-radju li ġejjin: -
- GOC (General Operator’s Certificate): meħtieġ fuq bastimenti SOLAS li joperaw ukoll barra l-GMDSS Sea Area A1;
- ROC (Restricted Operator’s Certificate): meħtieġ fuq bastimenti SOLAS li joperaw biss ġewwa l-GMDSS Sea Area A1;
- LRC (Long Range Certificate): meħtieġ fuq bastimenti li ma jkunux tas-SOLAS li joperaw ukoll barra l-GMDSS Sea Area A1;
- SRC (Short Range Certificate): meħtieġ fuq bastimenti li ma jkunux tas-SOLAS li joperaw biss ġewwa l-GMDSS Sea Area A1;
- VHF (Restricted Radiotelephone Operator's Certificate (Very High Frequency): ċertifikat simili għal dak tal-SRC li jagħti prova biss tal-kompetenza biex tħaddem il-VHF DSC radio - f'xi pajjiżi li ma jkunx rikonoxxut.

X’ser​ tingħata

GMDSS General Operator's Certificate/Restricted Operator's Certificate/VHF Short Range Certificate.

Eliġibbiltà​​

Seafarers li jagħmlu taħriġ fil-GMDSS u jgħaddu minn eżami.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha flimkien ma’ dawn li ġejjin:

i) Formola mimlija tal-applikazzjoni.
ii) Ħlas tal-applikazzjoni
iii) Ritratt tal-applikant.
iv) Prova ta’ identifikazzjoni.
v) Riżultat tal-eżami.
vi) Prova ta’ servizz fuq il-baħar għal skopijiet ta’ tiġdid.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

3 ijiem

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika