Applikazzjoni ghal Konsiderazzjoni ta' Warrant jew Liċenzja għall-prattika tal-Professjoni ta' Inġinier

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Il-warrant jipprovdi lill-applikant b'liċenzja biex jipprattika l-professjoni ta' inġinier f'Malta.

X’ser​ tingħata

Warrant ta' inġinier.

Eliġibbiltà​​

L-Att dwar l-Inġinerija jiddefinixxi l-eliġibbiltà għal warrant kif ukoll id-dmirijiet u l-obbligi li jirrigwardaw lil min ikollu l-warrant. Ikun hemm bżonn li l-applikanti jkollhom 240 ECTS Engineering Degree f'Livell 6 tal-MQF, segwita minn tal-anqas 3 snin esperjenza.

 

B'danakollu, esperjenza relevanti ta' xogħol matul il-grad tista' tiġi kkunsidrata mill-Bord tal-Inġinerija li tikkontribwixxi sa sena esperjenza ta' xogħol.

Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħatha.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

Jumejn

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Ġurnata

Provvista tas-Servizz

4 xhur

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika