Ħarsa ġenerali
Evidenza li l-applikant huwa fiżikament b'saħħtu biex iservi fuq bastiment kummerċjali.
X’ser tingħata
Ċertifikat ta' medical fitness, li hu wieħed miċ-ċertifikati li l-applikant għandu jimla u jibgħat għal Avviż ta' Eliġibbiltà jew biex jerġa' jikkonferma l-validità taċ-ċertifikat ta' kompetenza.
Eliġibbiltà
Tabib, li jista jkun it-tabib tiegħek (GP), għandu jimla Parti B tar-Rapport Mediku. Jekk ikollok xi dubji dwar saħħtek, tkellem mat-tabib tiegħek qabel ma titlob eżami mediku.
Ċertifikati mediċi għandhom ikunu validati mill-ġdid f’perjodi li ma jaqbżux il-5 snin. It-tabib jista’ jordnalek perjodi iqsar biex tagħmel l-eżami. Ikunu eliġibbli dawk il-persuni li japplikaw għal Avviż ta’ Eliġibbiltà u ċ-Ċertifikat Relattiv ta’ Kompetenza jew għal konferma ta’ validità tal-istess Ċertifikat.
Meta jagħlaq il-61 sena, min ikollu ċertifikat għandu, fi żmien 3 xhur u kull sena wara, jagħmel eżami mediku għall-fitness.Kif tapplika
Commercial Vessels Department
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
Transport Malta
Triq Pantar
Lija LJA 2021
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata