Ħarsa ġenerali
Permezz ta' din il-formola, applikanti jistgħu jiksbu diversi liċenzji biex joperaw sport akkwatiku bħal:
- Paragliding/Water skiing.
- Kiri ta' bastimenti żgħar li jaħdmu mekkanikament.
- Kiri ta' paddle boats, kenuri u bastimenti oħra żgħar li ma jaħdmux mekkanikament.
X’ser tingħata
Liċenzja ta' operatur ta' sport akkwatiku.
Eliġibbiltà
Biex ikun eliġibbli għal liċenzja ta' operatur ta' sport akkwatiku, wieħed għandu:
1) Ikollu minn tal-anqas 18-il sena.
2) Ikun ċittadin Malti jew ċittadin ta' stat membru tal-UE jew detentur ta' indirizz permanenti f'Malta.
3) Ikun ta' kondotta tajba.
Kumpaniji Maltin jew tal-UE għandhom ikunu rreġistrati.

Kif tapplika
Ipprintja u imla l-formola u ibgħatha lil:
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
Triq Pantar
Lija LJA 2021
Fil-każi fejn applikant ikun individwu għandhom jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin mal-formola tal-applikazzjoni:
i) Kopja tal-karta tal-identità (minn quddiem u wara).
ii) Ċertifikat tal-kondotta mill-Pulizija.
iii) Dokumenti addizzjonali kif imniżżel fuq il-formola ta' applikazzjoni.
Fil-każ li l-operatur ikun kumpanija għandhom jintbagħtu d-dokumenti li ġejjin mal-formola tal-applikazzjoni: i) Kopja tal-karta tal-identità (minn quddiem u wara) ta’ persuna awtorizzata li tirrappreżenta dik il-kumpanija. ii) Kopja tal-Memorandum u Artikli ta’ Assoċjazzjoni. iii) Dokumenti addizzjonali kif imniżżel fuq il-formola ta' applikazzjoni.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata