Ħarsa ġenerali
Għandha timtela minn dawk il-persuni li jkunu wirtu bastiment żgħir, bħal:
- Yacht bil-qlugħ
- Motor yacht
- Rigid inflatable
- Dgħajsa tradizzjonali
- Inflatable boat
- Paddleboat/Canoe
- Cabin boat
- Bastiment miftuħ
X’ser tingħata
Bastiment żgħir irreġistrat f'isem il-werriet.
Eliġibbiltà
Werriet/a leġittimu/i ta' sid deċedut reġistrat.
Kif tapplika
Ipprintja l-formola, li għandu jimlieha u jiffirmaha nutar. Ibgħat il-formola lil:
Ir-Reġistru għal Bastimenti Żgħar
Id-Direttorat għall-Portijiet u l-Yachting
L-Awtorità għat-Trasport f'Malta
Triq Pantar
Lija LJA 2021
Dokumenti meħtieġa:
i) Third party liability Insurance Policy certificate validu (għal bastimenti żgħar b’magna/i li jeċċedu 9.9 H.P.) f’isem il-werriet li f’ismu se jkun irreġistrat il-bastiment.
ii) L-aħħar ċertifikat oriġinali tar-reġistrazzjoni tal-bastiment.
iii) Kopji tal-karti tal-identità tal-werrieta kollha jekk hemm aktar minn werriet wieħed.
iv) Fil-każ ta’ minuri jkun hemm bżonn ukoll ta’ digriet.
v) Ħlas ta’ €10.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
Ġurnata