Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji - Persuna Tħaddem Lilha Nnifisha (DSS)

Aġġornat l-Aħħar: It-Tlieta 16 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Benefiċjarji ta’ Assistenza Soċjali li jibdew jaħdmu bi qligħ bħala persuni li jħaddmu lilhom infushom, jistgħu jagħżlu l-iskema ta’ Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jekk jaqilgħu tal-inqas il-paga minima nazzjonali jew aktar, u jekk ikunu rċevew Assistenza Soċjali jew Għajnuna tal-Qgħad għal mill-inqas sena f’dawn l-aħħar tliet (3) snin.

X’ser​ tingħata

Ir-rata tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju mogħtija hija persentaġġ ta’ l-aħħar rata ta’ Benefiċċju Soċjali mogħti bl-esklużjoni ta’ bonuses:

 

  • 75% tar-rata tal-benefiċċju għall-ewwel sena.

  • 55% tar-rata tal-benefiċċju għat-tieni sena.

  • 35% tar-rata tal-benefiċċju għat-tielet sena.

 

Il-benefiċjarji jitħallsu bil-quddiem kull erba’ (4) ġimgħat.

 

Tista’ tagħmel użu minn Kalkulatur online sabiex tagħmel stima għall-intitolament tat-Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċji.

Eliġibbiltà​​

Kriterji ta’ eliġibbiltà ġenerali:

 

Persuna  li bdiet taħdem f’impjieg full-time bħala persuna li taħdem għaliha nnifisha u li taqla’ mhux inqas mill-paga minima nazzjonali, u li kienet qed tirċievi benefiċċju mhux kontributorju għal perjodu ta’ sena (1) f’dawn l-aħħar tliet (3) snin.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa
Dokumentazzjoni ġenerali:

 

M’hemmx bżonn ta’ dokumentazzjoni speċifika, imma fl-applikazzjoni l-applikant/a j/trid j/tipprovdi n-numru tal-VAT u d-data minn meta se jinbeda x-xogħol.

Kif tapplika​

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

5 ijiem

Provvista tas-Servizz

16 - il jum

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika