Ħarsa ġenerali
Individwi jew kumpaniji lokali jew barranin li jaġixxu bħala sensara tal-iskart mingħajr ma jieħdu possess tal-iskart innifsu, jeħtieġu li jkunu rreġistrati mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) skont AL 106 tal-2007.
X’ser tingħata
Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, il-kumpanija jew l-individwu jiġu rreġistrati bħala sensara għal sena, u jkunu jistgħu joperaw fil-qasam u jesportaw skart.
Eliġibbiltà
Individwi jew kumpaniji bbażati barra minn Malta.
Kif tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha.
Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
9 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
5 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata