Ħarsa ġenerali
Irziezet li jrabbu t-tjur jew il-ħnieżer u li jilħqu l-kapaċità stabbilita fi Skeda 1 tar-Regolamenti dwar il-Prevenzjoni u l-Kontroll Integrat tat-Tniġġis Tal-Emissjonijiet Industrijali (SL 549.77), għandhom bżonn permess tal-Prevenzjoni u Kontroll Integrat tat-Tniġġis (IPPC) biex ikunu jistgħu joperaw.
X’ser tingħata
Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, l-operatur ikun jista' jopera installazzjoni skont kif stipulat minn standards ambjentali taħt ir-Regolamenti tal-IPPC.
Eliġibbiltà
Individwi jew kumpaniji lokali u barranin li joperaw irziezet għat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer.
Kif tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha.
Qabel tagħfas fuq il-buttuna li tissottometti, ġentilment kun żgur li l-formoli addizzjonali rilevanti kollha ġew mehmuża, inkluż il-kopja skenjata ffirmata tal-paġna li fiha hemm id-dikjarazzjoni tal-applikant.

Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
9 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
9 ijiem
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
6 ijiem
Provvista tas-Servizz
2 ijiem