Permess Ambjentali għal Interventi fuq Siġar Protetti

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Individwi jew kumpaniji lokali li jixtiequ jagħmlu interventi (bħal żbir, tqaċċit, traspjantar u qlugħ mill-għeruq) fuq siġra protetta skont SL. 549.123 jistgħu jeħtigġu permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qabel ma jsir l-intervent.

X’ser​ tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-Awtorità, l-applikant jingħata permess għall-interventi rikjesti.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.

Kif tapplika​

Ikkuntattja lill-Awtorità fuq nature.permitting@era.org.mt biex jiġi ddeterminat jekk permess hux meħtieġ.

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

12 - il jum

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

15 - il jum

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

Xahar

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika