Liċenzja għall-Importazzjoni tas-CITES

Aġġornat l-Aħħar: L-Erbgħa 17 Ġunju 2026

Ħarsa ġenerali

Individwi jew kumpaniji lokali li jixtiequ jimportaw (ħajja jew mejta, sħiħa jew parti, jew derivattiv minn) speċi elenkata fis-CITES, għandhom bżonn permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) qabel ma tiġi mportata.

X’ser​ tingħata

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità u/jew kundizzjonijiet, il-kumpanija jew l-individwu tingħata permess għall-interventi rikjesti.

Eliġibbiltà​​

Individwi jew kumpaniji lokali u barranin.

Kif tapplika​

Ipprintja, imla l-formola u ibgħatha lil:

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi
Hexagon House
Spencer Hill
Marsa MRS 1441

Jew permezz ta' imejl fuq: cites.permitting@era.org.mt

Kronoloġija

Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

9 ijiem

Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

10 ijiem

Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

15 - il jum

Provvista tas-Servizz

Ġurnata

Issottometi l-applikazzjoni tiegħek

Applika