Ħarsa ġenerali
Studenti li għandhom bżonn isiefru waqt is-sena skolastika għal aktar minn 15-il ġurnata ta’ skola għandhom bżonn permess. Permess jingħata biss jekk is-safar se jsir minħabba:
- raġunijiet mediċi, jew minħabba raġunijiet familjari serji bħal funerali jew tiġijiet ta’ qraba; jew
- jekk il-vjaġġ ikun ta’ natura edukattiva u kulturali.
X’ser tingħata
Permess biex l-istudent isiefer matul is-sena skolastika (15+ ġranet ta’ skola).
Eliġibbiltà
Studenti bejn il-5 u l-15-il sena li huma legalment obbligati li jattendu l-iskola.
Kif tapplika
Imla l-formola onlajn, ipprintjaha u ffirmaha.
L-applikazzjoni mimlija trid tiġi preżentata minn ġenitur lis-:
Servizz ta’ Ħidma Soċjali fi ħdan is-Servizz Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel
Triq G. Pace Forno
Ħamrun
Flimkien ma' konferma ta’ reġistrazzjoni fl-iskola tal-istudent, kopja tal-biljetti tal-ivjaġġar, kif ukoll dokumentazzjoni oħra biex tiġġustifika l-għan tal-vjaġġ.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
5 ijiem