Ħarsa ġenerali
Studenti li jixtiequ jagħmlu riċerka fi ħdan Aġenzija Sapport għal xogħol marbut mal-istudji tagħhom u li jirrikjedi ġbir ta’ data mill-membri tal-istaff ta’ Aġenzija Sapport u/jew il-persuni li jużaw is-servizz għandhom jikkuntattjaw lill-Uffiċċju tar-Riċerka ta’ Aġenzija Sapport, sabiex jiksbu l-approvazzjonijiet meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu r-riċerka tagħhom.
X’ser tingħata
Assenjar għar-riċerka dettaljata fi ħdan Aġenzija Sapport għal xogħol marbut mal-istudju.
Eliġibbiltà
Studenti li jixtiequ jagħmlu riċerka fi ħdan Aġenzija Sapport. Mhux neċessarjament li kull applikazzjoni tiġi milqugħa f’każ ta’ nuqqas ta’ riżorsi.
Kif tapplika
Imla l-formola online u ibgħatha.
Dokumentazzjoni meħtieġa:
• Ittra ta’ referenza mis-superviżur
• Testijiet, linji gwida tal-intervista jew kwestjonarji
• Folji ta' informazzjoni dwar l-istudju
• Istruzzjonijiet għall-parteċipant
• Materjal ieħor użat
• Approvazzjonijiet istituzzjonali oħra (eż. bord tal-etika).
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
3 ijiem
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni
Ġurnata
Provvista tas-Servizz
7 ijiem