Ħarsa ġenerali
Eko-Għawdex, permezz tal-botanista tagħhom, qed joffru servizz b’xejn biex il-pubbliku jkun jista’ jgħin f’proġett għal-ħarsien tal-flora ta’ Malta u Għawdex.
L-Unjoni Ewropea qed tobbliga lil Malta biex titneħħa pjanta aljena u invasiva li qed tagħmel ħsara lil pjanti indiġeni Maltin. Din il-pjanta hija magħrufa bl-isem ta’ rixa twila jew peniżetum (bl-ingliż: fountain grass jew bl-isem xjentifiku: Pennistetum setaceum). Din il-pjanta qed tinfirex b’ħeffa kbira ma’ Malta u Għawdex u qed tieħu post pjanti Maltin.
Il-pubbliku qed jiġi mitlub biex kull meta jiltaqa’ ma’ din il-pjanta kemm fis-selvaġġ u kemm fl-urban (toroq, pjazzez, ġnub tal-egħlieqi, mogħdijiet, art mitluqa, eċċ), permezz tal-mobile app myGozo, jirraporta l-post ta’ fejn ikun hemm din il-pjanta sabiex id-dipartiment konċernat ikun jista’ jneħħi dawn il-pjanti b’mod immedjat u b’hekk jiġu salvagwardjati l-pjanti Maltin.
X’ser tingħata
Il-pubbliku jista' jgħinna billi juża din l-applikazzjoni biex b'hekk insibu l-preżenzi ta' din l-ispeċi aljena, sabiex il-Ministeri responsabbli jkunu jistgħu jneħħu l-pjanti rrappurtati.
Eliġibbiltà
Kif tapplika
Dan is-servizz jista' jiġi aċċessat ukoll permezz tal-mowbajl app myGozo li tista' titniżżel mill-Play Store jew App Store.
Kronoloġija
Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni
Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni
Jumejn
Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni
7 ijiem
Provvista tas-Servizz
Ġurnata